Gwida fil-qosor għall-proċeduri nnegozjati - sottomissjoni tal-offerti inizjali

(proċeduri nnegozjati u proċedura kompetittiva bi nnegozjar mingħajr il-pubblikazzjoni)


Biex tibda

Merħba fl-eSubmission!

L-eSubmission tippermetti lill-operaturi ekonomiċi jieħdu sehem fil-proċeduri tal-akkwist tal-UE b’mod elettroniku billi jħejju sottomissjonijiet (offerti u offerti riveduti) u jissottomettuhom elettronikament b’mod strutturat u sigur.

Dawn il-linji gwida japplikaw għas-sottomissjoni ta’ offerti inizjali fi proċeduri nnegozjati u fi proċedura kompetittiva bi nnegozjar mingħajr il-pubblikazzjoni. F’dawn il-proċeduri, il-kandidati mistiedna biss jistgħu jissottomettu offerta inizjali li l-awtorità kontraenti tista’ titlob li tiġi riveduta iżjed f’xi ċiklu sussegwenti tan-negozjati. Għal aktar informazzjoni dwar iċ-ċikli sussegwenti tan-negozjar, ara l- linji gwida għaċ-Ċiklu 2 / ċikli sussegwenti.

Bħala operatur ekonomiku, tkun tista’:

  • Idaħħal it-tweġiba tiegħek għal proċedura mnedija minn istituzzjoni, korp jew aġenzija tal-UE
  • Tissottomettiha b’mod sigur
  • Tara jew tkompli abbozz li tkun issejvjajt
  • Tħassar abbozz ta’ sottomissjoni
  • Tirċievi prova tas-sottomissjoni (Riċevuta tas-Sottomissjoni)
  • Tirtira sottomissjoni qabel l-iskadenza ta’ meta jistgħu jaslu s-sottomissjonijiet
  • Tirċievi prova tal-irtirar (Riċevuta tal-Irtirar)

Ħu ħsieb li taqra r-Rekwiżiti tas-Sistema.

Tista’ ssibhom fuq il-paġna ta’ quddiem tal-applikazzjoni tal-eSubmission u fit-taqsima tad-dokumenti mehmuża fuq il-paġna tal- Partijiet .


Kif nista’ nikseb għajnuna teknika?

Jekk teħtieġ l-għajnuna, tista’ tikkuntattja lit-tim ta’ appoġġ tagħna bejn it-08:00 u t-20:00 CET/CEST.

  ec-funding-tender-service-desk@ec.europa.eu

+32 (0) 229 71063

(info)  It-tim ta’ appoġġ jopera bl-Ingliż biss.


Kif jista’ jkolli aċċess għall-eSubmission?

Dejjem se taċċessa l-eSubmission fil-kuntest ta’ proċedura tal-akkwist. Il-proċeduri tal-akkwist ippubblikati tkun tista’ ssibhom fuq il- Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti.


X’għandi bżonn biex nuża l-eSubmission?

Biex tuża l-eSubmission u twieġeb sejħa għall-offerti ppubblikata fuq il-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti trid tkun irreġistrat(a) fis-servizz tal-awtentikazzjoni tal-utent tal-Kummissjoni Ewropea (l-EU Login). Biex tidentifika l-organizzazzjoni tiegħek fis-sottomissjoni elettronika tal-offerti, din trid tkun irreġistrata fir-reġistru tal-organizzazzjonijiet tal-Kummissjoni (ir-Reġistru tal-Parteċipanti) u jrid ikollha Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Parteċipanti (PIC, Participant Identification Code). Għal aktar informazzjoni dwar il-PIC ara hawn. Ir-reġistrazzjoni hija miftuħa għall-organizzazzjonijiet kollha u hija mingħajr ħlas.


EU Login

EU Login huwa l-punt tad-dħul li minnu tidħol għal servizzi u/jew sistemi differenti tal-Kummissjoni Ewropea. Jekk għad ma għandekx EU Login, tista’ toħloq kont. Għal aktar informazzjoni, ara l-għajnuna dwar l-EU Login.


Il-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti

Il- Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti huwa l-punt uniku ta’ servizz (Spazju Uniku għall-Iskambju Elettroniku ta’ Data) għall-parteċipanti u l-esperti fil-programmi ta’ finanzjament u l-offerti mmaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea u minn istituzzjonijiet, korpi jew aġenziji oħra tal-UE.

Mill-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti, il-parteċipanti jistgħu:

Reġistru tal-Parteċipanti

Il-Kummissjoni stabbiliet reġistru online tal-organizzazzjonijiet li qed jipparteċipaw fis-sejħiet għall-offerti jew fil-proposti tal-UE, sabiex jiġi applikat il-prinċipju ta’ “darba biss”: id-data relatata mal-ħtiġijiet ta’ organizzazzjoni tal-parteċipant trid tiġi sottomessa darba biss.  Wara r-reġistrazzjoni, kull organizzazzjoni tikseb Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Parteċipant (PIC) uniku. Biex titgħallem dwar kif takkwista PIC fir- Reġistru tal-Parteċipanti, jekk jogħġbok irreferi għal din il-paġna.



Mur lura fit-tieni ċiklu tal-proċedura

Immaniġġja l-istediniet u s-sottomissjonijiet fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti

Fil-proċeduri nnegozjati jew fil-proċeduri kompetittivi bi nnegozjar mingħajr pubblikazzjoni, il-kandidati mistiedna biss jistgħu jissottomettu offerta.

Jekk tiġi mistieden tissottometti offerta, tirċievi:

  • Stedina bl-email, u
  • notifika fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti

Fl-istedina bl-email se tingħata link għat-taqsima Stediniet fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti - trid tilloggja bl-EU Login tiegħek. Jekk għad m’għandekx profil tal-EU Login illinkjat mal-indirizz tal-email użat mill-awtorità kontraenti għall-istedina, il-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti joħloqhulek awtomatikament. Ara l-ispjegazzjoni dettaljata hawn .


Ara l-istediniet

Fil-menù tan-navigazzjoni fuq ix-xellug, hemm l-istediniet fit-taqsima  Stediniet . Il-kaxxa tat-tiftix hija disponibbli wkoll fuq il-lemin, fuq il-lista tal-istediniet.

Ikklikkja fuq Agħżel Organizzazzjoni mill-buttuna tal-menu (tliet tikek)  għall-istedina li tasallek u mbagħad trid tagħżel l-organizzazzjoni indikata fl-istedina bl-emails bħala “Parteċipant”.

   

 Se tinfetaħ pop-up b’żewġ alternattivi:

    • L-organizzazzjonijiet tiegħi - tista’ tagħżel organizzazzjoni minn fost dawk li għandek rwol għalihom: rwol għall-organizzazzjoni (eż. awtoreġistrant, LEAR, LSIGN) jew għal proġett (sottomissjoni/stedina/kuntratt/għotja) . Jekk l-organizzazzjoni tiegħek għadha mhix irreġistrata, l-ewwel trid tirreġistraha fir-Reġistru tal-Parteċipanti biex tikseb PIC (Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Parteċipanti). Aqra aktar hawn. Wara li tiġi rreġistrata, tista’ tagħżel il-PIC maħluq ġdid.

 

    • Organizzazzjoni oħra - tista’ tfittex fost l-organizzazzjonijiet irreġistrati fuq il-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti billi ddaħħal isem l-organizzazzjoni jew in-numru tal-PIC.

Id-dettalji u d-dokumenti tal-istediniet tkun tista’ tarahom biss ladarba tagħżel l-organizzazzjoni tiegħek.

Jekk tikklikkja fuq in-numru ta’ referenza tal-proċedura tittieħed fil-paġna tad-dettalji tal-proċedura.

Fit-taqsima tad-Dettalji tkun tista’:

    • Tara d-dettalji tal-proċedura  
      Fit-taqsima Informazzjoni Ġenerali, tista’ tara l-informazzjoni relatata mal-proċedura.

 

    • Taċċessa d-dokumenti ristretti tal-akkwist
      Fit-taqsima Dokumenti ristretti tista’ tikkonsulta d-dokumenti tal-proċedura.   


Jekk ikun hemm diversi verżjonijiet ta’ dokument, fuq l-iskrin tara l-aħħar verżjoni . Għall-verżjonijiet preċedenti, fittex il-verżjoni li tixtieq tara mill-menù. Tista’ wkoll tara t-traduzzjonijiet disponibbli (jekk ikun hemm).

 

    • Taċċessa t-taqsima Mistoqsijiet u Tweġibiet Ristretti.    
      Hawn tista’ tistaqsi mistoqsija dwar il-proċedura.   
       
       
      Jekk l-awtorità kontraenti tipprovdi t-tweġiba privatament, din tidher fit-taqsima “Mistoqsijiet u t-Tweġibiet Tiegħi”. Jekk it-tweġiba tingħata lill-kandidati kollha mistiedna għall-proċedura, din tidher fit-taqsima Mistoqsijiet u Tweġibiet Ristretti. Għal aktar informazzjoni ara Kif toħloq u tissottometti mistoqsija dwar il-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti.

(info)  Is-sottomissjoni tista’ ssir biss mit-taqsima “L-Istediniet Tiegħi”. L-offerti ma jistgħux isiru mill-paġna tad-dettalji tal-proċedura.

It-taqsima Stediniet

Għal kull stedina tista’ tara n-numru ta’ referenza tal-proċedura, l-istatus tal-istedina (riċevuta, konfermata), l-iskadenza, il-lott (jekk applikabbli), it-titlu tal-proċedura, it-tip ta’ proċedura, u l-pass. Il-buttuna tal-menu (tliet tikek) tal-istedina/sottomissjoni tippermettilek twettaq azzjonijiet differenti skont l-istatus tal-istedina/sottomissjoni.

Għall-istediniet bl-istatus Riċevuta:   

  • Ikkonferma l-Wasla: ikklikkja hawn biex tikkonferma li rċevejt l-istedina għas-sottomissjoni ta’ offerta. Din tieħdok fil-portal tal-eSubmission biex tissottometti l-offerta tiegħek.
  • Immaniġġja r-Rwoli:  se tkun tista’ tara u timmaniġġja l-aċċess għall-istedina tiegħek (iżżid/tneħħi l-persuni li jkunu jistgħu jaraw l-istedina u jissottomettu offerta).
  • Ara d-Dettalji: hawn tista’ tara d-dettalji dwar il-proċedura ( ara hawn fuq).

Għall-istediniet bl-istatus Ikkonfermata

  • Ibda Sottomissjoni Ġdida: ikklikkja biex tissottometti offerta ġdida.
  • Immaniġġja r-Rwoli: se tkun tista’ tara u tmexxi l-aċċess għall-istediniet tiegħek (iżżid/tneħħi l-persuni li jkunu jistgħu jaraw l-istedina u s-sottomissjoni ta’ offerta).
  • Ara d-Dettalji: hawn tista’ tara d-dettalji dwar il-proċedura ( ara hawn fuq).

Jekk bdejt tħejji sottomissjoni jew diġà ssottomettejt waħda, ikollok il-link Sottomissjoni(jiet).

Mill-buttuna tal-menu (tliet tikek) fuq il-lemin ta’ kull sottomissjoni tista’ tagħmel azzjonijiet differenti skont l-istatus tas-sottomissjoni.

Għas-sottomissjonijiet bl-istatus Abbozz:

 

  • Editja: eSubmission tiftaħ l-iskrin li kont fih meta ħriġt mill-applikazzjoni. Issa tista’ teditja s-sottomissjoni tiegħek fl-eSubmission.
  • Ara: l-eSubmission tiftaħ l-iskrin li kont fih meta ħriġt mill-applikazzjoni. Mhux possibbli teditja s-sottomissjoni jekk tkun qed taraha fil-modalità ta’ qari biss. 
  • Ħassar: l-abbozz tas-sottomissjoni se jitħassar mill-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti.

Għas-sottomissjonijiet bl-istatus Sottomess:

 

  • Ara r-Riċevuta: turi r-riċevuta tas-sottomissjoni.
  • Irtira (disponibbli biss qabel id-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni):  ipprovdi r-raġuni l-għaliex tixtieq tirtira s-sottomissjoni u kkonfermaha billi tikklikkja l-buttuna Irtira. Ladarba tkun irtirajt sottomissjoni, ma tkunx tista’ taraha, teditjaha jew terġa’ tissottomettiha.

Għas-sottomissjonijiet bl-istatus Irtirata:

 

  • Ara r-Riċevuta tal-Irtirar: tara r-riċevuta tal-irtirar.

Għas-sottomissjonijiet bl-istatus Imħassra:

 

  • Il-menù Azzjoni mhux disponibbli għall-offerti bl-istatus Imħassra. Ladarba l-abbozz ta’ offerta jitħassar, l-offerent ma jkunx jista’ jirkuprah.  

Kif tħejji l-offerta tiegħek fl-eSubmission

Biex tkun tista’ tissottometti offerta, l-ewwel trid tikkonferma li rċevejt l-istedina għas-sottomissjoni ta’ offerta:

  • Il-proċedura tinsab fit-taqsima Stediniet fuq il-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti.
  • Fil-buttuna tal-menu (tliet tikek) tal-proċedura, ikklikkja Ikkonferma l-Irċevuta sabiex tikkonferma li rċevejt l-istedina. L-istatus tal-istedina tiegħek isir Ikkonfermata.


Meta tikkonferma li rċevejt l-istedina, int tittieħed awtomatikament fl-eSubmission biex tibda tissottometti l-offerta tiegħek billi tikklikkja fuq Sottomissjoni Ġdida.  

Jekk tippreferi tibda s-sottomissjoni tiegħek aktar tard:

  • Illoggja fil- Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti.
  • Mur fuq Stediniet u sib il-proċedura.
  • Mill-buttuna tal-menu (tliet tikek) tal-proċedura, ikklikkja fuq Ibda Sottomissjoni Ġdida. Imbagħad tittieħed fl-eSubmission.

 

Fl-eSubmission ikklikkja fuq Sottomissjoni ġdida biex tibda sottomissjoni ġdida, jew fuq Kompli l-abbozz biex tkompli l-abbozz tas-sottomissjoni li tkun bdejt qabel. 


Kif tinnaviga fl-eSubmission 

Meta tibda r-reġistrazzjoni tiegħek, fuq nett tal-iskrin se tfeġġ linja li turik il-progress. Din il-linja turi l-passi kollha li trid tgħaddi minnhom qabel ma tissottometti l-offerta tiegħek. Tista’ tara wkoll f’liema pass tkun tinsab. Fi kwalunkwe ħin waqt il-proċess ta’ sottomissjoni, tista’ tiċċekkja liema huma d-dokumenti li ġew applowdjajti billi tikklikkja fuq il-buttuna Dokumenti ta’ sottomissjoni fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin.

 

(warning)  Xejn ma jiġi sottomess lill-awtorità kontraenti qabel ma tikklikkja l-buttuna Issottometti fi tmiem il-proċess ta’ sottomissjoni.



Modi ta’ sottomissjoni

Meta tibda sottomissjoni ġdida, se tintalab tindika:

  • kif se tissottometti l-offerta tiegħek: Sottomissjoni unika jew Sottomissjoni konġunta,
  • jekk is-sottomissjoni hijiex se tinvolvi s-sottokuntrattar,
  • b’liema lingwa se ssir is-sottomissjoni.

Wara li tkun għamilt l-għażla tiegħek, ikklikkja fuq il-buttuna Li jmiss f’qiegħ il-paġna.


Partijiet

  

F’din it-taqsima trid tidentifika l-organizzazzjonijiet li qed jipparteċipaw fis-sottomissjoni tiegħek (il-parteċipanti). Ikklikkja fuq Parti ġdida u agħżel it-tip ta’ parteċipant: parteċipant prinċipali (fil-każ ta’ sottomissjoni unika), kap tal-grupp jew membru tal-grupp (fil-każ ta’ sottomissjoni konġunta) u sottokuntrattur (jekk applikabbli). Il-parteċipanti kollha, ħlief is-sottokuntratturi, iridu jiġu identifikati b’PIC – Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Parteċipanti. 

In-numru PIC tal-Parteċipant Ewlieni jew tal-Kap tal-Grupp għandu jkun l-istess bħall-PIC marbut mal-istedina għal din il-proċedura nnegozjata fuq il-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti taħt “Stediniet”.

Biex tagħżel il-PIC it-tajjeb u tivverifika jekk entità għandhiex PIC (jiġifieri tkun diġà rreġistrata fir-Reġistru tal-Parteċipanti), uża l-kaxxa Fittex l-organizzazzjoni. Hemm żewġ opzjonijiet ta’ tiftix: L-Organizzazzjonijiet Tiegħi jew Organizzazzjonijiet Oħra.


L-Organizzazzjonijiet Tiegħi :  Ikklikkja fuq id-drop down menu biex tara l-lista ta’ organizzazzjonijiet li l-utent illoggjat uża f’sottomissjonijiet preċedenti jew li għalihom ġie assenjat rwol (eż. awtoreġistrant, rappreżentant maħtur ta’ entità legali (LEAR, Legal Entity Appointed Representative) jew amministratur tal-kont). Dawn huma l-istess organizzazzjonijiet li l-utenti jistgħu jaraw fit-tab “L-Organizzazzjonijiet Tiegħi” fil-menu tax-xellug fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti wara li jilloggjaw bil-kont tal-EU Login tagħhom.


Organizzazzjonijiet Oħra: Tista’ tfittex l-organizzazzjonijiet irreġistrati fir- Reġistru tal-Parteċipanti billi ddaħħal l-isem jew il-PIC (Participant Identification Code) tal-organizzazzjoni.

Jekk it-tfittxija ma tagħti l-ebda riżultat, l-organizzazzjoni trid tirreġistra biex tikseb PIC. Wara li l-organizzazzjoni tiegħek tiġi rreġistrata tista’ tmur lura għall-eSubmission u tagħżel il-PIC li jkun għadu kien inħoloq billi tuża waħda miż-żewġ opzjonijiet ta’ tiftix.

Id-data assoċjata mal-PIC fir-Reġistru tal-Parteċipanti se tidher fuq l-iskrin u se tintalab tipprovdi d-data/dokumenti obbligatorji li ġejjin:

  • għall-Parteċipant prinċipali jew għall-Kap tal-grupp:
    • Persuna ta’ Kuntatt (l-isem u l-indirizz tal-posta elettronika)
    • IBAN/Numru tal-kont bankarju
      Jekk il-kont bankarju għandu kodiċi IBAN, għandek timmarka l-kaxxa tal-immarkar “IBAN” u l-eSubmission tivverifika jekk l-IBAN tal-kont bankarju huwiex validu.
  • għall-parteċipanti kollha: Dikjarazzjoni fuq l-Unur (mimlija u ffirmata kif dovut) fit-taqsima Dokumenti Mehmużin.

Fit-taqsima Persuna tal-Kuntatt, l-utent jista’ jindika ismu (l-isem jimtela bil-lest) jew isem persuna oħra bħala l-persuna tal-kuntatt għall-offerta. Il-Persuna ta’ Kuntatt tirċievi r-rwol ta’ Koordinatur Primarju ta’ Kuntatt (PCoCo) fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti u l-utent li jissottometti l-offerta (jekk differenti mill-Persuna ta’ Kuntatt) – ir-rwol ta’ Koordinatur ta’ Kuntatt (CoCo). 

Jekk il-PCoCo ma jkollux kont tal-EU Login, jinħoloq awtomatikament kont temporanju tal-EU Login abbażi tal-indirizz tal-email tal-Persuna ta’ Kuntatt u l-persuna tiġi mistiedna bil-posta elettronika biex timla r-reġistrazzjoni tal-EU Login. L-istedina se tkun permezz ta’ messaġġ awtomatiku tas-sistema mingħajr l-ebda referenza għall-proċedura.

Fit-taqsima Dokumenti Mehmużin ta’ kull parteċipant, tista’ tapplowdja d-dokumenti tal-parteċipant relatati mal-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla. Iċċekkja l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta biex tidentifika liema dokumenti għal liema parteċipant iridu jiġu inklużi fis-sottomissjoni.

Malli tlesti, ikklikkja fuq Lest. 

(warning)  Ladarba tgħaddi l-pass “Modi kif tissottometti”, ma jkunx aktar possibbli li tibdel l-istruttura minn Sottomissjoni konġunta għal Sottomissjoni unika jew viċi versa. F’każ li tkun trid timmodifika l-istruttura tas-sottomissjoni tiegħek jew tibdel il-Kap tal-Grupp, jeħtieġ li toħloq sottomissjoni ġdida li tissostitwixxi l-abbozz tas-sottomissjoni tiegħek (id-data mdaħħla u d-dokumenti applowdjati qabel jitħassru kollha).

Ikklikkja Li jmiss biex tgħaddi għall-pass li jmiss.


Lottijiet

 

Fi proċedura b’diversi lottijiet, agħżel il-lott(ijiet) li għalihom tixtieq titfa’ offerta, imbagħad agħfas il-buttuna Li jmiss.  

(warning) L-identifikazzjoni tal-parteċipanti tapplika għas-sottomissjoni kollha kemm hi. Għaldaqstant, jekk il-kompożizzjoni tal-konsorzju tkun differenti għal kull lott, ikun hemm bżonn li ssir sottomissjoni separata għal kull wieħed.

Data tal-offerta

  

F’din it-taqsima trid iddaħħal l-ammont tal-offerta tiegħek (fil-każ biss tal-metodu tal-għoti tal-inqas kost jew tal-orħos prezz, ara li tuża l-istess format bħall-eżempju fuq l-iskrin) u/jew tikkonferma jekk l-offerta tiegħek tikkonformax jew le mar-rekwiżiti minimi speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist.

 

Jekk tikkonferma li l-offerta tiegħek ma tikkonformax mar-rekwiżiti minimi se tintalab tipprovdi spjegazzjoni f’kaxxa apposta għall-kummenti. Il-konferma tal-konformità jew tan-nuqqas ta’ konformità u l-ispjegazzjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità jintwerew fir-rapport ta’ sottomissjoni.

Wara li tikklikkja l-buttuna Issejvja tista’ tapplowdja l-offerta finanzjarja u, jekk meħtieġ mill-awtorità kontraenti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta, l-offerta teknika. Tista’ ttella’ aktar minn fajl wieħed bħala offerta teknika/finanzjarja. 

Ġaladarba tqis li d-data dwar l-offerta hija korretta u li s-sottomissjoni hija lesta, ikklikkja Li jmiss. Il-buttuna se tkun attiva biss jekk ikunu ġew ipprovduti d-data u d-dokumenti obbligatorji kollha.

(warning)   F’dan l-istadju, l-abbozz tal-offerta tiegħek, inklużi d-dokumenti kollha tiegħek, għadhom ma ġewx sottomessi .



Rapport ta’ sottomissjoni

Ir-rapport ta’ sottomissjoni huwa ġġenerat mis-sistema u huwa parti mis-sottomissjoni. Ir-rapport jelenka d-dokumenti kollha inklużi fis-sottomissjoni. L-eSubmission tiġġenera rapport ta’ sottomissjoni awtomatikament u żżidu mas-sottomissjoni tiegħek. Tista’ tikkonsulta r-rapport fuq l-iskrin jew tniżżlu għar-rekords tiegħek stess (qabel ma tissottometti l-offerta). Ma għandekx għalfejn tiffirma u tapplowdja r-rapport iffirmat fl-eSubmission.

Wara li tara r-rapport tas-sottomissjoni, jekk jidhirlek li s-sottomissjoni hija lesta u tajba biex tintbagħat, ikklikkja fuq Li jmiss.

(warning)  Ir-rapport ta’ sottomissjoni mhux prova tas-sottomissjoni. Għadek m’għamiltx is-sottomissjoni s’issa . Jekk jogħġbok ipproċedi għall-pass li jmiss u kklikkja fuq Issottometti  biex tiffinalizza s-sottomissjoni.



Issottometti l-offerta tiegħek

    

Meta tkun lest biex tissottometti l-offerta tiegħek, ikklikkja Issottometti. Is-sistema se turi messaġġ ta’ konferma.

Ikklikkja fuq Iva jekk trid tikkonferma li: mhux se tkun tista’ tkompli timmodifika din is-sottomissjoni.

Jekk jogħġbok innota li s-sistema mhux se tippermettilek tagħmel sottomissjonijiet jekk tiskadi l-iskadenza ta’ meta jistgħu jaslu s-sottomissjonijiet. Se tintbagħat notifika bl-email fl-indirizz tal-posta elettronika tal-PCoCo/CoCo. Din in-notifika bl-email ikollha link għall-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti, fejn il-PCoCo/CoCo jista’ jsib ir-Riċevuta tas-Sottomissjoni. Innota li s-sidien tal-PIC użati fis-sottomissjoni se jiġu infurmati.

(warning)  Ir-Riċevuta tas-Sottomissjoni hija l-prova tal-konformità mal-iskadenza sa meta jistgħu jaslu s-sottomissjonijiet.


Immaniġġja r-rwoli fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti

Il-profil tal-EU Login marbut mal-indirizz tal-email li lilu ntbagħtet l-istedina jirċievi r-rwol ta’ Koordinatur Primarju ta’ Kuntatt (PCoCo) għall-istedina. Minn “Immaniġġja r-Rwoli” (ara hawn taħt), il-PCoCo jista’ jżid persuni oħra mill-organizzazzjoni tiegħu bħala Koordinaturi ta’ Kuntatt (CoCo) għall-istedina.

Il-Persuna tal-Kuntatt indikata fis-sottomissjoni tal-offerta tirċievi r-rwol ta’ PCoCo għas-sottomissjoni u l-istedina għaċ-ċikli sussegwenti. L-utent li jissottometti l-offerta (jekk ikun differenti mill-Persuna tal-Kuntatt fis-sottomissjoni) jirċievi r-rwol ta’ Koordinatur ta’ Kuntatt (CoCo) għas-sottomissjoni u l-istedina għaċ-ċikli sussegwenti, sakemm ir-rwol ma jkunx tneħħa mill-PCoCo jew CoCo ieħor tas-sottomissjoni f’xi ħin bejn il-ftuħ tal-offerta mill-awtorità kontraenti u l-wasla tal-istedina għal ċiklu jew ċikli sussegwenti.

L-azzjonijiet kollha deskritti hawn fuq (ara t-taqsima L-istediniet tiegħi ) jistgħu jitwettqu mill-PCoCo jew mill-CoCos tal-oġġett rispettiv (stedina jew sottomissjoni). Innota li jista’ jkun hemm PCoCo wieħed biss għal kull stedina jew sottomissjoni.

Biex iżżid/tneħħi r-rwoli fuq sottomissjoni segwi l-passi ta’ hawn taħt:

1

Mill-buttuna tal-menu (tliet tikek) fuq il-lemin tas-sottomissjoni tal-offerta inizjali, ikklikkja fuq Immaniġġja r-Rwoli.  

 

2

Ikklikkja fuq il-buttuna Editja r-Rwoli.   

3.

Biex iżżid CoCo ġdid, agħżel Żid ir-Rwoli.

Żid id-dettalji ta’ kuntatt u kklikkja Issejvja.

Id-dettalji tal-CoCo miżjud jidhru taħt ir-Rwoli għall-organizzazzjoni.

 

4.

Biex tħassar CoCo, ikklikkja l-ikona għat-tħassir ħdejn isimhom.

   

(info)  Il-CoCos miżjudin kif deskritt hawn fuq, wara li l-awtorità kontraenti tkun bagħtet stedina lill-offerent biex jissottometti offerta riveduta permezz tal-Portal, ma jkunux jistgħu jissottomettu l-offerta riveduta. Il-PCoCo/CoCos li rċevew l-istedina jew il-CoCos miżjuda mill-buttuna “Immaniġġja r-Rwoli” tal-istedina biss se jkunu jistgħu jissottomettu offerta riveduta (ara l-linji gwida għaċ-Ċiklu 2 / ċikli sussegwenti).

  • No labels