(proċeduri nnegozjati u proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar mingħajr il-pubblikazzjoni)
Din il-Gwida fil-Qosor tapplika għal kwalunkwe round sussegwenti ta’ proċeduri nnegozjati u proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar mingħajr il-pubblikazzjoni li fihom l-awtorità kontraenti tkun talbitek tissottometti offerta riveduta permezz tal-eSubmission (innota li l-awtorità kontraenti tista’ tiddeċiedi li ma titolbokx tirrevedi l-offerta tiegħek jew li titlob li l-offerta riveduta tiegħek tiġi sottomessa barra l-eSubmission). Il-Gwidi fil-Qosor għas-sottomissjoni ta’ offerti inizjali fil-proċeduri nnegozjati kif ukoll il-gwidi għal proċeduri oħra ta’ akkwist jistgħu jiġu kkonsultati fuq il-wiki tal-Akkwist elettroniku tal-Portal Funding & Tenders.
Bħala operatur ekonomiku tkun tista’:
Agħmel mezz li taqra r-Rekwiżiti tas-Sistema.
Tista’ ssibhom fuq il-paġna ta’ quddiem tal-applikazzjoni tal-eSubmission u fit-taqsima tad-dokumenti mehmuża fuq il-paġna tal-Partijiet.
Jekk teħtieġ l-għajnuna tista’ tikkuntattja lit-tim ta’ appoġġ mit-08:00 sat-20:00 CET.
ec-funding-tender-service-desk@ec.europa.eu
+32 (0) 229 71063
It-tim ta’ appoġġ jopera bl-Ingliż biss.
Jekk l-awtorità kontraenti tiddeċiedi li tistiednek tissottometti offerta riveduta, int tirċievi notifika mill-Portal Funding & Tenders.
In-notifika se tintbagħat lil:
In-notifiki jistgħu jiġu aċċessati wkoll mit-taqsima In-notifiki tiegħi (My notifications) tal-Portal Funding & Tenders.
Biex tissottometti offerta riveduta f’round sussegwenti tal-proċedura nnegozjata, il-PCoCo/CoCo l-ewwel irid jikkonferma li rċieva l-istedina:
Wara li tikkonferma li rċevejt l-istedina int tittieħed awtomatikament fl-eSubmission, fejn tista’ tibda s-sottomissjoni tal-offerta tiegħek billi tikklikkja Sottomissjoni ġdida (New submission).
Jekk tippreferi tibda s-sottomissjoni tiegħek aktar tard:
Fl-eSubmission ikklikkja Sottomissjoni ġdida (New submission) biex tibda sottomissjoni ġdida, jew Kompli l-abbozz (Resume draft) biex tkompli l-abbozz tas-sottomissjoni li tkun diġà bdejt. Tista’ wkoll tkompli l-abbozz tiegħek mill-Portal Funding & Tenders (għal aktar informazzjoni, ara t-taqsima Immaniġġja s-sottomissjonijiet fil-Portal Funding & Tenders f’din il-gwida).
Metainttibda s-sottomissjoni tiegħek tara linja ta’ progress fin-naħa ta’ fuq tal-iskrin. Din il-linja turi l-passi kollha li trid tgħaddi minnhom qabel ma tissottometti l-offerta tiegħek. Tista’ tara wkoll f’liema pass tinsab bħalissa.
Fi kwalunkwe ħin waqt il-proċedura ta’ sottomissjoni, dejjem tista’ tiċċekkja liema huma d-dokumenti li int applowdjajt billi tikklikkja Dokumenti ta’ sottomissjoni fuq ix-xellug tal-iskrin.
Xejn ma jiġi sottomess lill-awtorità kontraenti ħlief meta tikklikkja l-buttuna Issottometti fi tmiem il-proċess ta’ sottomissjoni. |
F’dan il-pass biss it-taqsima tal- Persuna ta’ Kuntatt tista’ tiġi editjata .
L-utent li jibda l-offerta fl-eSubmission jista’ jpoġġi lilu nnifsu (l-isem diġà jkun imdaħħal) jew lil persuna oħra bħala l-Persuna ta’ Kuntatt. Jekk il-persuna l-oħra ma jkollhiex kont tal-EU Login, jinħoloq awtomatikament kont temporanju tal-EU Login abbażi tal-indirizz tal-email tal-Persuna ta’ Kuntatt u l-persuna tiġi mistiedna bl-email biex tlesti r-reġistrazzjoni tal-EU Login. L-istedina se tkun permezz ta’ messaġġ awtomatiku tas-sistema mingħajr l-ebda referenza għall-proċedura.
Il-Persuna ta’ Kuntatt tirċievi r-rwol ta’ PCoCo fil-Portal Funding & Tenders u l-utent li jissottometti l-offerta (jekk differenti mill-Persuna ta’ Kuntatt) - ir-rwol ta’ CoCo .
Ikklikkja Li jmiss biex tgħaddi għall-pass li jmiss.
F’din it-taqsima trid iddaħħal l-ammont tal-offerta tiegħek (fil-każ biss tal-anqas spiża u l-metodu tal-għoti tal-orħos prezz; bl-użu tal-istess format bħal fl-eżempju fuq l-iskrin) u/jew ikkonferma jekk l-offerta tiegħek tikkonformax mar-rekwiżiti minimi speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist.
Jekk tikkonferma li l-offerta tiegħek ma tikkonformax mar-rekwiżiti minimi se tintalab tipprovdi spjegazzjoni f’kaxxa apposta għall-kummenti. Il-konferma tal-konformità jew tan-nuqqas ta’ konformità u l-ispjegazzjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità jintwerew fir-rapport ta’ sottomissjoni.
Wara li tikklikkja l-buttuna Issejvja tista’ tapplowdja l-offerta finanzjarja u, jekk meħtieġ mill-awtorità kontraenti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta, l-offerta teknika. Tista’ tapplowdja aktar minn file wieħed bħala offerta teknika/finanzjarja.
Ġaladarba tqis li d-data tal-offerta hija korretta u li s-sottomissjoni hija lesta, ikklikkja Li jmiss. Il-buttuna se tkun attiva biss jekk ikunu ġew ipprovduti d-data u d-dokumenti obbligatorji kollha.
F’dan l-istadju, l-abbozz tal-offerta tiegħek, inklużi d-dokumenti kollha tiegħek, għadhom ma ġewx sottomessi. |
Ir-rapport ta’ sottomissjoni huwa ġġenerat mis-sistema u huwa parti mis-sottomissjoni. Ir-rapport jelenka d-dokumenti kollha inklużi fis-sottomissjoni.
L-eSubmission awtomatikament tiġġenera u żżid ir-rapport ta’ sottomissjoni mas-sottomissjoni tiegħek. Tista’ tikkonsulta r-rapport fuq l-iskrin jew tista’ tiddawnlowdjah bħala kopja għalik (qabel ma tissottometti l-offerta). M’għandekx għalfejn tiffirma u tapplowdja r-rapport iffirmat fl-eSubmission.
Wara li tara r-rapport ta’ sottomissjoni, jekk tqis li s-sottomissjoni hija lesta u tajba biex tiġi ppreżentata kklikkja Li jmiss biex tkompli.
Ir-rapport ta’ sottomissjoni mhux prova tas-sottomissjoni. Għadek m'għamiltx is-sottomissjoni. Jekk jogħġbok ipproċedi għall-pass li jmiss u kklikkja Submit biex tiffinalizza s-sottomissjoni. |
Meta tkun lest biex tissottometti l-offerta tiegħek, ikklikkja Submit . Is-sistema se turi messaġġ ta’ konferma.
Ikklikkja Iva jekk trid tikkonferma li: mhux se tkun tista’ tkompli timmodifika din is-sottomissjoni.
Jekk jogħġbok innota li s-sistema mhux se tippermettilek tagħmel sottomissjonijiet jekk tiskadi l-iskadenza ta’ meta jistgħu jaslu s-sottomissjonijiet.
Se tintbagħat notifika bl-email fl-indirizz tal-email illinkjat mal-kont tal-EU login tal-Primary Coordinator Contact (PCoCo) u mal-Coordinator Contacts (CoCo) kollha li huma indikati għal dik l-offerta. Din in-notifika bl-email ikollha link għall-Portal Funding & Tenders, fejn tista’ ssib l-Irċevuta tas-Sottomissjoni.
L-Irċevuta tas-Sottomissjoni (Submission Receipt) hija l-prova tal-konformità mal-iskadenza sa meta jistgħu jaslu s-sottomissjonijiet. |
---|
Il-Persuna ta’ Kuntatt indikata f’offerta riveduta fl-eSubmission tirċievi r-rwol ta’ Primary Coordinator Contact (Primary Coordinator Contact) (PCoCo) għas-sottomissjoni tal-offerta riveduta fil-Portal Funding & Tenders. Jista’ jkun hemm biss Koordinatur Primarju ta’ Kuntatt (Primary Coordinator Contact) wieħed għal kull sottomissjoni.
L-utent li jissottometti l-offerta riveduta (jekk differenti mill-Persuna ta’ Kuntatt) jirċievi r-rwol ta’ Coordinator Contact (CoCo).
Il-Coordinator Contact(s) (CoCo) addizzjonali jistgħu jiżdiedu jew jitneħħew fil-Portal Funding & Tenders wara li l-awtorità kontraenti tiftaħ l-offerti riveduti u (jekk applikabbli) qabel ma tibgħat l-istediniet għal round ta’ negozjati sussegwenti:
Biex tħassar CoCo, ikklikkja l-ikona tat-tħassir ħdejn isimhom.
Il-CoCos miżjudin kif deskritt hawn fuq wara li l-awtorità kontraenti tkun bagħtet stedina għal round ta’ negozjati sussegwenti ma jkunux jistgħu jissottomettu offerta f’dak ir-round. Il-PCoCo/CoCos biss li rċevew l-istedina jew il-CoCos li żdiedu permezz tal-buttuna ta’ azzjoni “Immaniġġja r-Rwoli” (Manage roles) fuq l-istedina se jkunu jistgħu jissottomettu offerta.
Il-Portal Funding & Tenders huwa punt uniku ta’ servizz (Spazju Uniku għall-Iskambju ta’ Data Elettronika) għall-parteċipanti u l-esperti fil-programmi ta’ finanzjament u l-proċeduri tal-offerti mmaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea u korpi oħra tal-UE.
Mill-qasam privat tiegħek tal-Portal Funding & Tenders tista’:
Biex tidħol fil-qasam privat tiegħek tal-Portal Funding & Tenders bħala PCoCo/CoCo trid tawtentika lilek innifsek billi tuża l-buttuna Login tal-Portal Funding & Tenders fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-paġna ewlenija (daħħal l-EU Login u l-password tiegħek).
Taħt it-taqsima Manage my area (Immaniġġja l-ispazju tiegħi) fuq ix-xellug, il-Koordinatur Primarju ta’ Kuntatt (Primary Coordinator Contact) (PCoCo) u l-Coordinator Contact(s) (CoCo) kollha se jsibu l-istedina/niet għal round(s) sussegwenti taħt it-taqsima L-istedina/niet (My Invitation(s)). Il-kaxxa tat-tiftix hija disponibbli wkoll fuq il-lemin, fuq il-lista tal-istediniet.
Għal kull stedina, il-PCoCo/CoCo jkun jista’ jara n-numru ta’ referenza tal-proċedura, l-iskadenza tas-sottomissjoni, l-istat tal-istedina (riċevuta, ikkonfermata), it-titlu tal-proċedura, it-tip ta’ proċedura u f’liema round qiegħda.
Il-menù Action jippermetti lill-PCoCo/CoCo jwettaq l-azzjonijiet li ġejjin għal kull stedina u status ta’ sottomissjoni.
Għall-istediniet li l-istat ikun Riċevuta (Received):
Għall-istediniet li l-istat jkun Acknowledged (ikkonfermata):
Biex tara u timmaniġġja s-sottomissjonijiet wara li jkun hemm stedina, ikklikkja l-link Sottomissjon(ijiet) (Submission(s)).
Il-menù Action fuq il-lemin ta’ kull sottomissjoni (sakemm is-sottomissjoni ma tkunx tħassret) jippermetti lill-PCoCo/CoCo jwettaq azzjonijiet differenti skont l-istatus.
Għas-sottomissjonijiet li l-istat hu Abbozz (Draft):
Għas-sottomissjonijiet li fl-istat ta’ Sottomess (Submitted):
Għas-sottomissjonijiet li l-istat hu Irtirata (Withdrawn):
Għas-sottomissjonijiet li l-istat hu Imħassra (Deleted):
Il-menù Action mhux disponibbli għall-offerti bl-istatus Deleted.. Ġaladarba abbozz ta’ offerta jitħassar, dan ma jkunx jista’ jiġi rkuprat mill-offerent.
Il-PCoCo/CoCo jista’ jaċċessa din il-paġna billi jikklikkja l-ikona bil-qanpiena fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin wara li jkun illoggja fil-Portal Funding & Tenders.
F’din il-paġna l- PCoCo/CoCo jista’ jsib in-notifiki li ġejjin:
Fit-tab Preferenzi (Preferences) taħt Immaniġġja n-botifiki kollha (Manage all notifications) (fil-qiegħ tal-lista tan-notifiki) il-PCoCo/CoCo jista’ jagħżel il-frekwenza tan-notifiki bl-email mill-Portal Funding & Tenders. Indipendentement mill-għażla tiegħek, in-notifiki kollha tiegħek huma dejjem disponibbli fit-taqsima In-Notifiki Tiegħi (My notifications).
Din it-taqsima, disponibbli taħt Immaniġġja l-ispajzu tiegħi (Manage my area) fuq ix-xellug, bħalissa mhix qed tintuża għall-proċeduri ta’ akkwist.