Immaniġġja l-istediniet u s-sottomissjonijiet fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti
Jekk l-awtorità kontraenti tiddeċiedi li tistiednek tissottometti offerta riveduta, se tirċievi:
- Stedina bl-email, u
- notifika fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti
L-email u n-notifika tal-istedina se jintbagħtu lil:
- l-indirizz tal-email tal-Persuna tal-Kuntatt indikata fl-aħħar sottomissjoni tal-offerti (Koordinatur Primarju ta’ Kuntatt (PCoCo));
- l-indirizzi tal-email tal-persuni kollha kienu Koordinaturi ta’ Kuntatt (CoCo) meta ntbagħtet l-istedina, jiġifieri li jkunu kisbu r-rwol ta’ CoCo b’xi wieħed mill-modi li ġejjin u fil-frattemp ir-rwol ma jkunx tneħħa minn “Immaniġġja r-rwoli”:
- kull Persuna tal-Kuntatt indikata fis-sottomissjonijiet tal-offerti preċedenti iżda mhux fl-aħħar waħda;
- kull kuntatt li l-profil tal-EU Login tiegħu jkun intuża għas-sottomissjoni tal-offerta inizjali u ta’ kull offerta riveduta;
- kull kuntatt miżjud minn “Immaniġġja r-rwoli”.
In-notifiki jistgħu jiġu aċċessati permezz tat-taqsima Notifiki tal-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti.
Ara l-istediniet
Fl-istedina bl-email se tingħata link għat-taqsima L-Istediniet Tiegħi fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti - trid tilloggja bl-EU Login tiegħek. Jekk għad m’għandekx profil tal-EU Login, il-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti joħolqu awtomatikament għalik. Ara l-ispjegazzjoni dettaljata hawn.
Fil-menù tan-navigazzjoni fuq ix-xellug, hemm l-istediniet fit-taqsima Stediniet. Il-kaxxa tat-tiftix hija disponibbli wkoll fuq il-lemin, fuq il-lista tal-istediniet.
L-istedina għas-sottomissjoni ta’ offerta riveduta għal xi ċiklu jew ċikli sussegwenti tkun stedina separata fit-taqsima Stediniet. Mhix se tkun parti mill-istedina mibgħuta għaċ-ċiklu inizjali jew għal xi ċiklu sussegwenti (jekk ikun hemm) tal-proċedura. Din l-istedina jkollha d-dettalji u d-dokumenti tagħha stess (jekk ikun hemm) u link ġdid għal sottomissjoni taħt il-buttuna tal-menu (tliet tikek) tal-istediniet. Id-dokumenti tal-istediniet preċedenti ma jiġux inklużi fl-istedina l-ġdida iżda xorta tista’ ssibhom fl-istediniet preċedenti.
Fit-taqsima Stediniet tkun tista’ tara d-dettalji u d-dokumenti tal-istediniet.
Jekk tikklikkja fuq in-numru ta’ referenza tal-proċedura jew fuq l-għażla Ara d-Dettalji tittieħed fil-paġna tad-dettalji tal-istedina fejn tkun tista’ tikklikkja fuq it-taqsima tad-Dettalji jew it-taqsima Konsorzju.
Taqsima tad-dettalji
Fit-taqsima tad-Dettalji tkun tista’:
Tara d-dettalji tal-proċedura
- Fit-taqsima ta’ Informazzjoni ġenerali tista’ tara l-informazzjoni relatata mal-proċedura.
- Taċċessa d-dokumenti ristretti tal-akkwist
Fit-taqsima Dokumenti ristretti tista’ tikkonsulta d-dokumenti tal-proċedura.
Jekk ikun hemm diversi verżjonijiet ta’ dokument, fuq l-iskrin tara l-aħħar verżjoni. Għall-verżjonijiet preċedenti, fittex il-verżjoni li tixtieq tara mill-menù. Tista’ wkoll tara t-traduzzjonijiet disponibbli (jekk ikun hemm).
- Taċċessa t-taqsima Mistoqsijiet u Tweġibiet Ristretti.
Hawn tista’ tistaqsi mistoqsija dwar il-proċedura.
Jekk l-awtorità kontraenti tipprovdi t-tweġiba privatament, din tidher taħt it-taqsima “Mistoqsijiet u t-Tweġibiet Tiegħi”. Jekk it-tweġiba tingħata lill-kandidati kollha mistiedna għall-proċedura, din tidher fit-taqsima “Mistoqsijiet u Tweġibiet Ristretti”. Għal aktar informazzjoni ara Kif toħloq u tissottometti mistoqsija dwar il-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti.
Is-sottomissjoni tista’ ssir biss mit-taqsima “Stediniet”. L-offerti ma jistgħux isiru mill-paġna tad-dettalji tal-proċedura.
Taqsima tal-konsorzju
F’din it-taqsima tista’ tara d-data tal-organizzazzjoni li lilha tintbagħat din l-istedina (fil-każ ta’ konsorzju tara l-membri kollha tal-konsorzju).
Ikklikkja fuq il-vleġġa Timmaniġġja r-Rwoli.
biex tara r-rwoli assenjati lill-organizzazzjoni. Ikklikkja fuq il-buttuna Editja r-Rwoli biex
It-taqsima Stediniet
Għal kull stedina tista’ tara n-numru ta’ referenza tal-proċedura, l-istatus tal-istedina (riċevuta, konfermata), l-iskadenza, il-lott (jekk applikabbli), it-titlu tal-proċedura, it-tip ta’ proċedura, u l-pass. Il-buttuna tal-menu (tliet tikek)
tal-istedina/sottomissjoni tippermettilek twettaq azzjonijiet differenti skont l-istatus tal-istedina/sottomissjoni.Għall-istediniet bl-istatus Riċevuta:
- Ikkonferma l-Wasla: ikklikkja hawn biex tikkonferma li rċevejt l-istedina għas-sottomissjoni ta’ offerta. Din tieħdok fil-portal tal-eSubmission biex tissottometti l-offerta tiegħek.
- Immaniġġja r-Rwoli: se tkun tista’ tara u tmexxi l-aċċess għall-istediniet tiegħek (iżżid/tneħħi l-persuni li jkunu jistgħu jaraw l-istedina u s-sottomissjoni ta’ offerta).
- Ara d-Dettalji: hawn tista’ tara d-dettalji dwar il-proċedura ( ara hawn fuq ).
Għall-istediniet bl-istatus Ikkonfermata:
- Ibda Sottomissjoni Ġdida: ikklikkja biex tissottometti offerta ġdida.
- Immaniġġja r-Rwoli: se tkun tista’ tara u tmexxi l-aċċess għall-istediniet tiegħek (iżżid/tneħħi l-persuni li jkunu jistgħu jaraw l-istedina u s-sottomissjoni ta’ offerta).
- Ara d-Dettalji: hawn tista’ tara d-dettalji dwar il-proċedura (ara hawn fuq).
Jekk bdejt tħejji sottomissjoni jew diġà ssottomettejt waħda, ikollok il-link Sottomissjoni(jiet).
Mill-buttuna tal-menu (tliet tikek) fuq il-lemin ta’ kull sottomissjoni tista’ tagħmel azzjonijiet differenti skont l-istatus tas-sottomissjoni.
Għas-sottomissjonijiet bl-istatus Abbozz:
- Editja: eSubmission tiftaħ l-iskrin li kont fih meta ħriġt mill-applikazzjoni. Issa tista’ teditja s-sottomissjoni tiegħek fl-eSubmission.
- Ara: l-eSubmission tiftaħ l-iskrin li kont fih meta ħriġt mill-applikazzjoni. Mhux possibbli teditja s-sottomissjoni jekk tkun qed taraha fil-modalità ta’ qari biss.
- Ħassar: l-abbozz tas-sottomissjoni se jitħassar mill-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti.
Għas-sottomissjonijiet bl-istatus Sottomess:
- Ara r-Riċevuta: turi r-riċevuta tas-sottomissjoni.
- Irtira (disponibbli biss qabel id-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni): ipprovdi r-raġuni l-għaliex tixtieq tirtira s-sottomissjoni u kkonfermaha billi tikklikkja l-buttuna Irtira. Ladarba tkun irtirajt sottomissjoni, ma tkunx tista’ taraha, teditjaha jew terġa’ tissottomettiha.
Għas-sottomissjonijiet bl-istatus Irtirata:
- Ara r-Riċevuta tal-Irtirar: tara r-riċevuta tal-irtirar.
Għas-sottomissjonijiet bl-istatus Imħassra:
- Il-buttuna tal-menu (tliet tikek) mhix disponibbli għall-offerti bl-istatus Imħassra. Ladarba l-abbozz ta’ offerta jitħassar, l-offerent ma jkunx jista’ jirkuprah.
Kif tħejji l-offerta tiegħek fl-eSubmission
Biex jissottometti offerta riveduta fiċ-ċiklu sussegwenti, il- PCoCo/CoCo jeħtieġ jikkonferma l-irċevuta tal-istedina:
- Il-proċedura tinsab fit-taqsima Stediniet fuq il-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti.
- Fil-buttuna tal-menu (tliet tikek) tal-proċedura, ikklikkja Ikkonferma l-Irċevuta sabiex tikkonferma li rċevejt l-istedina. L-istatus tal-istedina tiegħek isir Ikkonfermata.
Meta tikkonferma li rċevejt l-istedina, int tittieħed awtomatikament fl-eSubmission biex tibda tissottometti l-offerta tiegħek billi tikklikkja fuq Sottomissjoni Ġdida.
Jekk tippreferi tibda s-sottomissjoni tiegħek aktar tard:
- Illoggja fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti.
- Mur fuq Stediniet u sib il-proċedura.
- Mill-buttuna tal-menu (tliet tikek) tal-proċedura, ikklikkja fuq Ibda Sottomissjoni Ġdida. Imbagħad tittieħed fl-eSubmission.
Fl-eSubmission ikklikkja fuq Sottomissjoni ġdida biex tibda sottomissjoni ġdida, jew fuq Kompli l-abbozz biex tkompli l-abbozz tas-sottomissjoni li tkun bdejt qabel.
Kif tinnaviga fl-eSubmission
Meta tibda r-reġistrazzjoni tiegħek, fuq nett tal-iskrin se tfeġġ linja li turik il-progress. Din il-linja turi l-passi kollha li trid tgħaddi minnhom qabel ma tissottometti l-offerta tiegħek. Tista’ tara wkoll f’liema pass tkun tinsab. Fi kwalunkwe ħin waqt il-proċess ta’ sottomissjoni, tista’ tiċċekkja liema huma d-dokumenti li ġew applowdjajti billi tikklikkja fuq il-buttuna Dokumenti ta’ sottomissjoni fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin.
|
Partijiet
F’dan il-pass biss it-taqsima tal-Persuna ta’ Kuntatt tista’ tiġi editjata.
L-utent li jibda l-offerta fl-eSubmission jista’ jagħżel ismu (l-isem ikun diġà mdaħħal) jew isem persuna oħra bħala l-Persuna tal-Kuntatt. Jekk il-persuna l-oħra ma jkollhiex kont tal-EU Login, jinħoloq awtomatikament kont temporanju tal-EU Login abbażi tal-indirizz tal-email tal-Persuna ta’ Kuntatt u l-persuna tiġi mistiedna bl-email biex tlesti r-reġistrazzjoni tal-EU Login. L-istedina se tkun permezz ta’ messaġġ awtomatiku tas-sistema mingħajr l-ebda referenza għall-proċedura.
Il-Persuna tal-Kuntatt tirċievi r-rwol ta’ PCoCo fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti, u l-utent li jissottometti l-offerta (jekk ikun differenti mill-Persuna tal-Kuntatt) jirċievi r-rwol ta’ CoCo.
Ikklikkja Li jmiss biex tgħaddi għall-pass li jmiss.
Data tal-offerta
F’din it-taqsima trid iddaħħal l-ammont tal-offerta tiegħek (fil-każ biss tal-metodu tal-għoti tal-inqas kost u tal-orħos prezz; bl-istess format bħal l-eżempju fuq l-iskrin) u/jew ikkonferma jekk l-offerta tiegħek tikkonformax mar-rekwiżiti minimi speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist.
Jekk tikkonferma li l-offerta tiegħek ma tikkonformax mar-rekwiżiti minimi se tintalab tipprovdi spjegazzjoni f’kaxxa apposta għall-kummenti. Il-konferma tal-konformità jew tan-nuqqas ta’ konformità u l-ispjegazzjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità jintwerew fir-rapport ta’ sottomissjoni.
Wara li tikklikkja l-buttuna Issejvja tista’ tapplowdja l-offerta finanzjarja u, jekk meħtieġ mill-awtorità kontraenti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta, l-offerta teknika. Tista’ ttella’ aktar minn fajl wieħed bħala offerta teknika/finanzjarja.
Ġaladarba tqis li d-data dwar l-offerta hija korretta u li s-sottomissjoni hija lesta, ikklikkja Li jmiss. Il-buttuna se tkun attiva biss jekk ikunu ġew ipprovduti d-data u d-dokumenti obbligatorji kollha.
|
Rapport ta’ sottomissjoni
Ir-rapport ta’ sottomissjoni huwa ġġenerat mis-sistema u huwa parti mis-sottomissjoni. Ir-rapport jelenka d-dokumenti kollha inklużi fis-sottomissjoni. L-eSubmission tiġġenera rapport ta’ sottomissjoni awtomatikament u żżidu mas-sottomissjoni tiegħek. Tista’ tikkonsulta r-rapport fuq l-iskrin jew tniżżlu għar-rekords tiegħek stess (qabel ma tissottometti l-offerta). Ma għandekx għalfejn tiffirma u tapplowdja r-rapport iffirmat fl-eSubmission.
Wara li tara r-rapport tas-sottomissjoni, jekk jidhirlek li s-sottomissjoni hija lesta u tajba biex tintbagħat, ikklikkja fuq Li jmiss.
|
Issottometti l-offerta tiegħek
Meta tkun lest biex tissottometti l-offerta tiegħek, ikklikkja Issottometti. Is-sistema se turi messaġġ ta’ konferma.
Ikklikkja fuq Iva jekk trid tikkonferma li: mhux se tkun tista’ tkompli timmodifika din is-sottomissjoni. Jekk jogħġbok innota li s-sistema mhux se tippermettilek tagħmel sottomissjonijiet jekk tiskadi l-iskadenza ta’ meta jistgħu jaslu s-sottomissjonijiet.
Se tintbagħat notifika bl-email fl-indirizz tal-email marbut mal-profil tal-EU login tal-Koordinatur Primarju ta’ Kuntatt (PCoCo) u tal-Koordinatur(i) ta’ Kuntatt (CoCo) kollha indikati għal dik l-offerta. Din in-notifika bl-email ikollha link għall-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti, fejn tista’ ssib l-Irċevuta tas-Sottomissjoni.
|
Immaniġġja r-rwoli fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti
Il-profil tal-EU Login marbut mal-indirizz tal-email li lilu ntbagħtet l-istedina jirċievi r-rwol ta’ Koordinatur Primarju ta’ Kuntatt (PCoCo) għall-istedina. Minn “Immaniġġja r-Rwoli” (ara hawn taħt) il-PCoCo jista’ jżid persuni oħra mill-organizzazzjoni tiegħu bħala Koordinatur(i) ta’ Kuntatt (CoCo) għall-istedina.
Il-Persuna tal-Kuntatt indikata fl-offerta riveduta fl-eSubmission tirċievi r-rwol ta’ Koordinatur Primarju ta’ Kuntatt (PCoCo) għas-sottomissjoni u l-istedina għaċ-ċiklu/i sussegwenti. L-utent li jissottometti l-offerta (jekk ikun differenti mill-Persuna tal-Kuntatt fis-sottomissjoni) jirċievi r-rwol ta’ Koordinatur ta’ Kuntatt (CoCo) għas-sottomissjoni u l-istedina għaċ-ċikli sussegwenti, sakemm ir-rwol ma jkunx tneħħa mill-PCoCo jew CoCo ieħor tas-sottomissjoni f’xi ħin bejn il-ftuħ tal-offerta mill-awtorità kontraenti u l-wasla tal-istedina għal ċiklu jew ċikli sussegwenti.
L-azzjonijiet kollha deskritti hawn fuq (ara t-taqsimaStediniet) jistgħu jitwettqu mill-PCoCo jew mill-CoCos tal-oġġett rispettiv (stedina jew sottomissjoni). Innota li jista’ jkun hemm PCoCo wieħed biss għal kull stedina jew sottomissjoni.
Biex iżżid/tneħħi r-rwoli fuq sottomissjoni segwi l-passi ta’ hawn taħt:
1. | Mill-buttuna tal-menu (tliet tikek) fuq il-lemin tas-sottomissjoni tal-offerta inizjali, ikklikkja fuq Immaniġġja r-Rwoli. |
2. | Ikklikkja fuq il-buttuna Editja r-Rwoli. |
3. | Biex iżżid CoCo ġdid, ikklikkja fuq il-buttuna Żid ir-Rwoli. Żid id-dettalji ta’ kuntatt u kklikkja Issejvja.
Id-dettalji tal-CoCo miżjud jidhru taħt ir-Rwoli għall-organizzazzjoni.
|
4. | Biex tħassar CoCo, ikklikkja l-ikona għat-tħassir ħdejn isimhom. |
Il-CoCos miżjudin kif deskritt hawn fuq wara li l-awtorità kontraenti tkun bagħtet stedina għaċ-ċiklu sussegwenti tan-negozjar ma jkunux jistgħu jissottomettu offerta f’dak iċ-ċiklu. Il-PCoCo/CoCos biss li rċevew l-istedina jew il-CoCos biss miżjuda mill-buttuna “Immaniġġja r-Rwoli” tal-istedina se jkunu jistgħu jissottomettu offerta.