- Created by Shivali MEHROTRA, last updated by Noemi KOVACS on Aug 13, 2024 11 minute read
You are viewing an old version of this page. View the current version.
Compare with Current View Page History
« Previous Version 9 Next »
Il-Gwida fil-Qosor għall-proċeduri nnegozjati - sottomissjoni ta’ offerti inizjali
(proċeduri nnegozjati u proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar mingħajr il-pubblikazzjoni)
|
---|
Kif tibda
Merħba fl-eSubmission!
L-eSubmission tippermetti li l-operaturi ekonomiċi jwieġbu b’mod elettroniku għall-proċeduri ta’ akkwist tal-UE billi jħejju sottomissjonijiet (jiġifieri, offerti u offerti riveduti) u jissottomettuhom elettronikament b’mod strutturat u sigur.
Din il-Gwida fil-Qosor tapplika għas-sottomissjoni ta’ offerti inizjali fi proċeduri nnegozjati u proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar mingħajr il-pubblikazzjoni. F’dawn il-proċeduri, il-kandidati mistiedna biss jistgħu jissottomettu offerta inizjali li l-awtorità kontraenti tista’ titlob li tiġi riveduta ulterjorment f’round ta’ negozjati sussegwenti. Il-Gwidi fil-Qosor għar-round(s) ta’ negozjati sussegwenti kif ukoll il-gwidi għal proċeduri oħra ta’ akkwist jistgħu jiġu kkonsultati fuq il-wiki tal-Akkwist elettroniku tal-Portal Funding & Tenders.
Bħala operatur ekonomiku tkun tista’:
- Iddaħħal it-tweġiba tiegħek għal proċedura mnedija minn istituzzjoni jew korp tal-UE
- Tissottomettiha b’mod sigur
- Tara jew tkompli abbozz li tkun issejvjajt
- Tħassar l-abbozz ta' sottomissjoni
- Tirċievi l-prova tas-sottomissjoni (Submission Receipt)
- Tirtira sottomissjoni qabel l-iskadenza sa meta jistgħu jaslu s-sottomissjonijiet.
- Tirċievi l-prova li rtirajtha (Withdrawal Receipt)
Agħmel mezz li taqra r-Rekwiżiti tas-Sistema.
Tista’ ssibhom fuq il-paġna ta’ quddiem tal-applikazzjoni tal-eSubmission u fit-taqsima tad-dokumenti mehmuża fuq il-paġna tal-Partijiet .
Kif nista’ nikseb għajnuna teknika?
Jekk teħtieġ l-għajnuna tista’ tikkuntattja lit-tim ta’ appoġġ mit-08:00 sat-20:00 CET/CEST.
ec-funding-tender-service-desk@ec.europa.eu
+32 (0) 229 71063
It-tim ta’ appoġġ jopera bl-Ingliż biss.
Kif jista’ jkolli aċċess għall-eSubmission?
Dejjem se taċċessa l-eSubmission fil-kuntest ta’ proċedura ta’ akkwist. Għandek issib il-proċeduri ta’ akkwist ippubblikati fuq:
X’għandi bżonn biex nuża l-eSubmission?
Biex tuża l-eSubmission trid tkun irreġistrat fis-servizz tal-awtentikazzjoni tal-utent tal-Kummissjoni Ewropea (EU Login).
Biex twieġeb għall-proċedura ta’ akkwist ippubblikata fuq il-pjattaforma tal-Akkwist elettroniku tal-UE TED eTendering, għandek bżonn ukoll kont fit-TED eTendering.
Biex tidentifika l-organizzazzjoni tiegħek fis-sottomissjoni elettronika tal-offerti, din trid tkun irreġistrata fir-reġistru tal-organizzazzjonijiet tal-Kummissjoni (ir-Reġistru tal-Parteċipanti) u jrid ikollha PIC (Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Parteċipanti). Aktar informazzjoni dwar il-PIC tinsab hawnhekk. Ir-reġistrazzjoni hija miftuħa għall-organizzazzjonijiet kollha u hija mingħajr ħlas.
EU Login
L-EU Login huwa l-punt tad-dħul li minnu tidħol għal servizzi u/jew sistemi differenti tal-Kummissjoni Ewropea. Jekk għad m'għandekx l-EU Login, tista’ toħloq kont.
Għal aktar informazzjoni, ara l-għajnuna dwar l-EU Login.
It-TED eTendering
It-TED eTendering hija l-pjattaforma tal-Akkwist elettroniku fejn l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE jippubblikaw is-sejħiet għall-offerti tagħhom.
Int tista’ toħloq kont tal-eTendering billi tuża l-EU Login tiegħek.
Il-Portal Funding & Tenders
Il-Portal Funding & Tenders huwa punt uniku ta’ servizz (Spazju Uniku għall-Iskambju ta’ Data Elettronika) għall-parteċipanti u l-esperti fil-programmi ta’ finanzjament u l-proċeduri tal-offerti mmaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea u korpi oħra tal-UE.
Mill-Portal Funding & Tenders il-parteċipanti jistgħu:
Ifittxu opportunitajiet fil-programmi ta’ finanzjament jew fil-proċeduri ta’ akkwist tal-UE
Jirreġistraw fir-Reġistru tal-Parteċipanti
Ikollhom aċċess għall-Irċevuti tas-Sottomissjoni (Submission Receipts) (il-prova tas-sottomissjoni)
Jaraw, jeditjaw jew iħassru l-abbozz tas-sottomissjonijiet.
Jirtiraw is-sottomissjonijiet u jkollhom aċċess għall-Irċevuta tal-Irtirar (Withdrawal Receipt) (il-prova tal-irtirar).
- Immaniġġja r-Rwoli
Reġistru tal-Parteċipanti
Il-Kummissjoni waqqfet reġistru online tal-organizzazzjonijiet li qed jipparteċipaw fis-sejħa għall-offerti jew fil-proposti tal-UE, sabiex jiġi applikat il-prinċipju ta’ “darba biss”: id-data relatata mal-ħtiġijiet ta’ organizzazzjoni tal-parteċipant trid tiġi sottomessa darba biss. Wara r-reġistrazzjoni, kull organizzazzjoni jkollha Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Parteċipant uniku (PIC, Participant Identification Code). Biex titgħallem dwar kif takkwista PIC fir-Reġistru tal-Parteċipanti, jekk jogħġbok irreferi għal din il-paġna.
Kif tħejji l-offerta tiegħek fl-eSubmission
Fil-proċeduri nnegozjati jew fil-proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar mingħajr il-pubblikazzjoni, il-kandidati mistiedna biss jistgħu jissottomettu offerta.
Jekk tkun intgħażilt mill-awtorità kontraenti, tirċievi notifika mit-TED eTendering li tistiednek biex tivvalida l-aċċess tiegħek għad-dokumenti tal-akkwist u biex tissottometti offerta.
In-notifika tintbagħat fl-email tal-organizzazzjoni tiegħek li l-awtorità kontraenti tkun identifikat fil-fażi ta’ tħejjija tal-proċedura.
In-notifiki jistgħu jiġu aċċessati wkoll mit-taqsima My messages tat-TED eTendering.
Biex tivvalida l-aċċess tiegħek għad-dokumenti tal-akkwist trid tikklikkja fuq il-link fin-notifika. Il-link tieħdok fil-paġna tas-sejħa għall-offerti fit-TED eTendering fejn se ssib il-buttuna Issottometti offerta .
Fl-eSubmission ikklikkja Sottomissjoni ġdida (New submission) biex tibda sottomissjoni ġdida, jew Kompli l-abbozz (Resume draft) biex tkompli abbozz ta' sottomissjoni li tkun diġà bdejt. Tista’ wkoll tkompli l-abbozz tiegħek mill-Portal Funding & Tenders (għal aktar informazzjoni, ara t-taqsima Immaniġġja s-sottomissjonijiet (Manage submissions) fil-Portal Funding & Tenders f’din il-gwida).
It-tiftix fl-eSubmission
Meta tibda s-sottomissjoni tiegħek tara linja ta’ progress fin-naħa ta’ fuq tal-iskrin. Din il-linja turi l-passi kollha li trid tgħaddi minnhom qabel ma tissottometti l-offerta tiegħek. Tista’ tara wkoll f’liema pass tinsab bħalissa.
Fi kwalunkwe ħin waqt il-proċedura ta’ sottomissjoni, dejjem tista’ tiċċekkja liema huma d-dokumenti li int applowdjajt billi tikklikkja l-buttuna Dokumenti ta’ sottomissjoni fuq ix-xellug tal-iskrin.
Modi ta’ sottomissjoni
Meta toħloq sottomissjoni ġdida, int tintalab tindika:
- kif se tissottometti l-offerta tiegħek: Sottomissjoni unika jew Sottomissjoni konġunta (Joint submission),
- jekk is-sottomissjoni hix se tinvolvi sottokuntrattar,
- b’liema lingwa se titħejja s-sottomissjoni.
Wara li tkun għamilt l-għażla tiegħek, ikklikkja l-buttuna Next f’qiegħ il-paġna.
Partijiet
F’din it-taqsima trid tidentifika l-organizzazzjonijiet li qed jipparteċipaw fis-sottomissjoni tiegħek (il-parteċipanti). Ikklikkja Parti ġdida (New Party) u agħżel it-tip ta’ parteċipant: parteċipant prinċipali (fil-każ ta’ Sottomissjoni unika (Sole submission), kap tal-grupp jew membru tal-grupp (fil-każ ta’ Sottomissjoni konġunta (Joint submission)) u sottokuntrattur (jekk applikabbli).
Il-parteċipanti kollha, ħlief is-sottokuntratturi, għandhom jiġu identifikati b’PIC – Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Parteċipanti. Sabiex tivverifika jekk entità hux ġa tiddisponi minn PIC (jiġifieri diġà hija rreġistrata fir-Reġistru tal-Parteċipanti), uża l-buttuna Fittex (Search). Tista’ tfittex permezz tal-PIC, tan-numru tal-VAT, tan-numru tar-Reġistru Nazzjonali u l-pajjiż. Biex tkun tista’ tfittex permezz tan-numru tal-VAT jew bin-numru tar-Reġistru Nazzjonali, għandek bżonn ukoll tagħżel il-pajjiż.
Jekk it-tiftixa ma tagħti l-ebda riżultat, l-organizzazzjoni trid tirreġistra biex tikseb PIC. Wara li takkwista l-PIC, mur lura għall-eSubmission, fittex permezz tal-PIC, u agħżel l-organizzazzjoni murija.
Id-data assoċjata mal-PIC tar-Reġistru tal-Parteċipanti tidher fuq l-iskrin u int tintalab tagħti din id-data obbligatorja/dawn id-dokumenti obbligatorji li ġejjin:
- għall-Parteċipant prinċipali jew għall-Kap tal-grupp:
- Persuna ta’ Kuntatt (Contact Person) (l-isem u l-indirizz tal-email)
- IBAN/Numru tal-kont tal-bank
- għall-parteċipanti kollha: Dikjarazzjoni fuq l-unur (mimlija u ffirmata kif dovut) fit-taqsima tad-dokumenti mehmużin.
Iċċekkja l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta biex tidentifika d-dokumenti li huma meħtieġa għas-sottomissjoni.
Fit-taqsima Persuna ta’ Kuntatt (Contact Person), l-utent jista’ jindika lilu nnifsu (l-isem huwa diġà mimli bil-lest) jew persuna oħra bħala l-persuna ta’ kuntatt għall-offerta. Il-Persuna ta’ Kuntatt tirċievi r-rwol ta’ Primary Coordinator Contact (PCoCo) fil-Portal Funding & Tenders u l-utent li jissottometti l-offerta (jekk differenti mill-Persuna ta’ Kuntatt) - ir-rwol ta’ Coordinator Contact (CoCo).
Jekk il-PCoCo ma jkollux kont tal-EU Login, jinħoloq awtomatikament kont temporanju tal-EU Login abbażi tal-indirizz tal-email tal-Persuna ta’ Kuntatt (Contact Person) u l-persuna tiġi mistiedna bl-email biex timla r-reġistrazzjoni tal-EU Login. L-istedina se tkun permezz ta’ messaġġ awtomatiku tas-sistema mingħajr l-ebda referenza għall-proċedura.
Fit-taqsima Dokumenti Mehmużin ta’ kull parteċipant tista’ tapplowdja d-dokumenti tal-parteċipant relatati mal-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla. Iċċekkja l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta biex tidentifika liema dokumenti għal liema parteċipant iridu jiġu inklużi fis-sottomissjoni.
Ikklikkja Lest meta tkun lest.
Ikklikkja Li jmiss biex tgħaddi għall-pass li jmiss.
Lottijiet
Fi proċedura b’diversi lottijiet, agħżel il-lott(ijiet) li għalih(om) tixtieq titfa’ offerta, imbagħad ikklikkja l-buttuna Li jmiss .
Id-data dwar l-Offerta
F’din it-taqsima trid iddaħħal l-ammont tal-offerta tiegħek (fil-każ biss tal-irħas spiża jew tal-metodu tal-għoti tal-orħos prezz - kun ċert li tuża l-istess format bħal fl-eżempju fuq l-iskrin) u/jew tikkonferma jekk l-offerta tiegħek tikkonformax jew le mar-rekwiżiti minimi speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist.
Jekk tikkonferma li l-offerta tiegħek ma tikkonformax mar-rekwiżiti minimi se tintalab tipprovdi spjegazzjoni f’kaxxa apposta għall-kummenti. Il-konferma tal-konformità jew tan-nuqqas ta’ konformità u l-ispjegazzjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità jintwerew fir-rapport ta’ sottomissjoni.
Wara li tikklikkja l-buttuna Issejvja tista’ tapplowdja l-offerta finanzjarja u, jekk meħtieġ mill-awtorità kontraenti, l-offerta teknika. Tista’ tapplowdja aktar minn file wieħed bħala offerta teknika/finanzjarja.
Ġaladarba tqis li d-data tal-offerta hija korretta u li s-sottomissjoni hija lesta, ikklikkja Li jmiss. Il-buttuna se tkun attiva biss jekk ikunu ġew ipprovduti d-data u d-dokumenti obbligatorji kollha.
Rapport ta’ sottomissjoni
Ir-rapport ta’ sottomissjoni huwa ġġenerat mis-sistema u huwa parti mis-sottomissjoni. Ir-rapport jelenka d-dokumenti kollha inklużi fis-sottomissjoni.
L-eSubmission awtomatikament tiġġenera u żżid ir-rapport ta’ sottomissjoni mas-sottomissjoni tiegħek. Tista’ tikkonsulta r-rapport fuq l-iskrin jew tista’ tiddawnlowdjah bħala kopja għalik (qabel ma tissottometti l-offerta). M’għandekx għalfejn tiffirma u tapplowdja r-rapport iffirmat fl-eSubmission.
Wara li tara r-rapport ta’ sottomissjoni, jekk tqis li s-sottomissjoni hija lesta u tajba biex tiġi ppreżentata kklikkja Li jmiss biex tkompli.
Issottometti l-offerta tiegħek
Meta tkun lest biex tissottometti l-offerta tiegħek, ikklikkja Issottometti . Is-sistema se turi messaġġ ta’ konferma.
Ikklikkja Iva jekk trid tikkonferma li: mhux se tkun tista’ tkompli timmodifika din is-sottomissjoni.
Jekk jogħġbok innota li s-sistema mhux se tippermettilek tagħmel sottomissjonijiet jekk tiskadi l-iskadenza ta’ meta jistgħu jaslu s-sottomissjonijiet.
Se tintbagħat notifika bl-email fl-indirizz tal-email tal-PCoCo/CoCo. Din in-notifika bl-email jkollha link għall-Portal Funding & Tenders, fejn il-PCoCo/CoCo jista’ jsib l-Irċevuta tas-Sottomissjoni. Innota li s-sidien tal-PIC użati fis-sottomissjoni se jkunu infurmati.
Immaniġġja r-Rwoli fil-Portal Funding & Tenders Portal
Il-Persuna ta’ Kuntatt (Contact Person) indikata fl-eSubmission tirċievi r-rwol ta’ Koordinatur Primarju ta’ Kuntatt (Primary Coordinator Contact) (PCoCo) għas-sottomissjoni tal-offerta inizjali fil-Portal Funding & Tenders. Jista’ jkun hemm biss Koordinatur Primarju ta’ Kuntatt (Primary Coordinator Contact) wieħed għal kull sottomissjoni.
Il-PCoCo ma jistax jinbidel permezz tal-Portal. Ikkuntattja lill-awtorità kontraenti jekk ikun meħtieġ li jinħatar PCoCo ġdid.
L-utent li jissottometti l-offerta inizjali (jekk differenti mill-Persuna ta’ Kuntatt) jirċievi r-rwol ta’ Coordinator Contact (CoCo).
Il-Coordinator Contact(s) (CoCo) addizzjonali jistgħu jiżdiedu jew jitneħħew fil-Portal Funding & Tenders wara li l-awtorità kontraenti tiftaħ l-offerti inizjali u (jekk applikabbli) qabel tistieden lill-offerent jissottometti offerta riveduta:
- Fid-dropdown tal-Action fuq il-lemin tas-sottomissjoni tal-offerta inizjali, ikklikkja fuq l-opzjoni Immaniġġja r-Rwoli (Manage Roles) . Din l-opzjoni se tidher biss wara li l-awtorità kontraenti tkun fetħet l-offerti inizjali.
- Ikklikkja Editja r-Rwoli (Edit Roles) .
- Biex iżżid CoCo ġdid ikklikkja l-buttuna Żid r-rwoli (Add Roles).
Biex tħassar CoCo, ikklikkja l-ikona tat-tħassir ħdejn isimhom.
- Żid id-dettalji tal-persuna li trid tiżided bħala CoCo u kklikkja l-buttuna Ok .
Il-CoCos miżjudin kif deskritt hawn fuq wara li l-awtorità kontraenti tkun bagħtet stedina lill-offerent biex jissottometti offerta riveduta permezz tal-Portal ma jkunux jistgħu jissottomettu l-offerta riveduta. Il-PCoCo/CoCos biss li rċevew l-istedina jew il-CoCos li żdiedu permezz tal-buttuna ta’ azzjoni “Immaniġġja r-Rwoli” (Manage Roles) fuq l-istedina se jkunu jistgħu jissottomettu offerta riveduta (ara l-Gwida fil-Qosor għall-proċeduri nnegozjati – round 2 /round(s) sussegwenti).
Immaniġġja s-sottomissjonijiet fil-Portal Funding & Tenders
Biex tidħol fil-qasam privat tiegħek tal-Portal Funding & Tenders trid tawtentika lilek innifsek billi tuża l-buttuna Login tal-Portal Funding & Tenders fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-paġna ewlenija (daħħal il-EU Login u l-password tiegħek).
Ara s-sottomissjonijiet (View submissions)
Taħt it-taqsima Immaniġġju l-ispazju tiegħi (Manage my area) fuq ix-xellug il-PCoCo/CoCo se jsib it-talba/talbiet għall-parteċipazzjoni taħt it-taqsima Is-sottomissjonijiet tiegħi (My Submission(s)) .
Hemm ukoll disponibbli qasam ta’ tiftix fuq il-lemin fuq il-lista ta’ sottomissjonijiet.
It-taqsima Is-sottomissjonijiet tiegħi (My Submission(s))
Għal kull sottomissjoni il-PCoCo/CoCo jkun jista’ jara n-numru ta’ referenza tal-proċedura, l-ID tas-sottomissjoni, id-data tal-aħħar azzjoni mwettqa u l-istat tas-sottomissjoni (abbozz, sottomessa, irtirata, imħassra), il-lott (jekk applikabbli), l-iskadenza, it-titlu tal-proċedura, it-tip ta’ proċedura u f’liema round qiegħda.
Il-menù Action fuq il-lemin ta’ kull sottomissjoni (sakemm is-sottomissjoni ma tkunx tħassret) jippermetti lill-PCoCo/CoCo jwettaq azzjonijiet differenti skont l-istatus tas-sottomissjoni.
Għas-sottomissjonijiet li l-istat hu Abbozz (Draft):
- Editja (Edit): L-eSubmission tiftaħ l-iskrin li kont fih meta ħriġt mill-applikazzjoni. Issa tista’ teditja s-sottomissjoni tiegħek fl-eSubmission.
- Ara (View): l-eSubmission tiftaħ l-iskrin li kont fih meta ħriġt mill-applikazzjoni. Mhux possibbli teditja s-sottomissjoni jekk tkun qed taraha fil-modalità li tista’ tinqara biss.
- Ħassar (Delete): l-abbozz tas-sottomissjoni se jitħassar mill-Portal Funding & Tenders.
Għas-sottomissjonijiet li l-istat hu Sottomessi (Submitted):
- Ara l-Irċevuta (View Receipt): tara l-irċevuta tas-sottomissjoni.
- Irtira (Withdraw) (disponibbli biss qabel id-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni): agħti r-raġuni l-għaliex tixtieq tirtira s-sottomissjoni u kkonfermaha billi tikklikkja l-buttuna Irtira (Withdraw). Ladarba tkun irtirajt is-sottomissjoni, ma tkunx tista’ taraha, teditjaha jew terġa’ tissottomettiha.
Għas-sottomissjonijiet li l-istat hu Irtirati (Withdrawn):
- Ara l-irċevuta tal-irtirar (View Withdrawal Receipt): tara l-irċevuta tal-irtirar.
Għas-sottomissjonijiet li l-istat hu Deleted:
Il-menù Action mhux disponibbli għall-offerti bl-istatus Imħassra (Deleted). Ladarba abbozz ta’ offerta jitħassar, dan ma jkunx jista’ jiġi rkuprat mill-offerent.
Immaniġġja n-notifiki fil-Portal Funding & Tenders
In-notifiki tiegħi (My notifications)
Il-PCoCo/CoCo jista’ jaċċessa din il-paġna billi jikklikkja l-ikona bil-qanpiena fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin wara li jkun illoggja fil-Portal Funding & Tenders.
F’din il-paġna l-PCoCo/CoCo jista’ jsib in-notifiki li ġejjin:
- L-Irċevuta tas-Sottomissjoni (Submission Receipt) (il-prova li ġiet sottomessa offerta)
- L-Irċevuta tal-Irtirar (Withdrawal Receipt) (il-prova li ġiet irtirata offerta)
Fit-tab Preferenzi (Preferences) taħt Immaniġġja n-notifiki kollha (Manage all notifications) (fil-qiegħ tal-lista tan-notifiki) il-PCoCo/CoCo jista’ jagħżel il-frekwenza tan-notifiki bl-email mill-Portal Funding & Tenders . Indipendentement mill-għażla tiegħek, in-notifiki kollha tiegħek huma dejjem disponibbli fit-taqsima In-notifiki tiegħi (My notifications) .
In-notifika/i formali tiegħi (My Formal Notification(s))
Din it-taqsima, disponibbli taħt Immaniġja l-ispazju tiegħi (Manage my area) fuq ix-xellug, bħalissa mhix qed tintuża għall-proċeduri ta’ akkwist.
- No labels