(proċeduri ristretti, proċeduri kompetittivi permezz ta’ negozjar jew kompetizzjonijiet tad-disinn)
Il-gwidi rapidi ġew aġġornati biex iqisu l-proċess il-ġdid għall-pubblikazzjoni tal-proċeduri b’avviż ta’ kuntratt, li japplika għall-proċeduri l-ġodda kollha ppubblikati mill-25 ta’ Ottubru 2023. Din il-verżjoni aġġornata bħalissa mhijiex disponibbli bl-Ingliż. It-traduzzjonijiet fil-lingwi kollha tal-UE se jkunu disponibbli dalwaqt.
Anchor Biex tibda Biex tibda
Merħba fl-eSubmission!
L-eSubmission tippermetti li l-operaturi ekonomiċi jwieġbu b’mod elettroniku għall-proċeduri ta’ akkwist tal-UE billi jħejju sottomissjonijiet (jiġifieri, talba ta’ parteċipazzjoni) u jissottomettuhom elettronikament b’mod strutturat u sigur.
Il-Gwida fil-Qosor attwali tapplika biss għall-ewwel pass tal-proċeduri f’żewġ passi. F’dan il-pass, l-operaturi ekonomiċi jistgħu jissottomettu t-talba għall-parteċipazzjoni. Il-Gwidi fil-Qosor għat-tieni pass tal-proċeduri f’żewġ passi kif ukoll il- gwidi għal proċeduri oħra ta’ akkwist jistgħu jiġu kkonsultati fuq il-wiki tal-eProcurement tal-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti .
Bħala operatur ekonomiku, tkun tista’:
Tikkowdja t-tweġiba tiegħek għal proċedura mnedija minn istituzzjoni jew minn korp tal-UE
Tissottomettiha b’mod sigur
Tara jew tkompli abbozz li tkun issejvjajt
Tħassar abbozz ta’ sottomissjoni
Tirċievi prova tas-sottomissjoni (Riċevuta tas-Sottomissjoni)
Tirtira sottomissjoni qabel l-iskadenza għat-talbiet għall-parteċipazzjoni
Tirċievi prova tal-irtirar (Riċevuta tal-Irtirar)
Kun ċert li taqra r-Rekwiżiti tas-Sistema.
Tista’ ssibhom fuq il-paġna ta’ quddiem tal-applikazzjoni tal-eSubmission u fit-taqsima tad-dokumenti mehmuża fuq il-paġna tal-Partijiet.
Jekk teħtieġ l-għajnuna, tista’ tikkuntattja lit-tim ta’ appoġġ tagħna mit-08:00 sat-20:00 CET/CEST.
ec-funding-tender-service-desk@ec.europa.eu
+32 (0) 229 71063
It-tim ta’ appoġġ jopera bl-Ingliż biss.
Dejjem se taċċessa l-eSubmission fil-kuntest ta’ proċedura ta’ akkwist (sejħa għall-offerti). Se ssib sejħiet għall-offerti ppubblikati mill-istituzzjonijiet, mill-korpi u mill-aġenziji Ewropej fuq:
Applikazzjoni għat-TED eTendering (għal sejħiet għal offerti ppubblikati qabel il-25/10/2023)
Biex tuża l-eSubmission u twieġeb għal sejħa għall-offerti ppubblikata fuq il-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti jeħtieġ li tkun irreġistrat(a) fis-servizz tal-awtentikazzjoni tal-utent tal-Kummissjoni Ewropea (EU Login).
Biex twieġeb għal sejħa għall-offerti ppubblikata qabel il-25/10/2023, teħtieġ ukoll kont fuq it-TED eTendering.
Biex tidentifika l-organizzazzjoni tiegħek fis-sottomissjoni elettronika tal-offerti, din trid tkun irreġistrata fir-reġistru tal-organizzazzjonijiet tal-Kummissjoni (ir-Reġistru tal-Parteċipanti) u jrid ikollha PIC (Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Parteċipanti). Aktar informazzjoni dwar il-PIC tinsab hawnhekk . Ir-reġistrazzjoni hija miftuħa għall-organizzazzjonijiet kollha u hija mingħajr ħlas.
EU Login huwa l-punt tad-dħul li minnu tidħol għal servizzi u/jew sistemi differenti tal-Kummissjoni Ewropea. Jekk għad ma għandekx EU Login, tista’ toħloq kont.
Għal aktar informazzjoni, ara l-għajnuna dwar l-EU Login.
It-TED eTendering huwa l-pjattaforma tal-eProcurement fejn l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE ppubblikaw is-sejħiet tagħhom għall-offerti qabel il-25/10/2023.
Int tista’ toħloq kont tal-eTendering billi tuża l-EU Login tiegħek.
Il- Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti huwa punt uniku ta’ servizz (Spazju Uniku għall-Iskambju Elettroniku ta’ Data) għall-parteċipanti u l-esperti fil-programmi ta’ finanzjament u l-offerti mmaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea u minn korpi oħra tal-UE.
Mill-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti, il-parteċipanti jistgħu:
Ifittxu opportunitajiet fil-programmi ta’ finanzjament jew fil-proċeduri ta’ akkwist tal-UE
Jirreġistraw fir-Reġistru tal-Parteċipanti
Jaċċessaw ir-Riċevuti tas-Sottomissjoni (prova tas-sottomissjoni)
Jaraw, jeditjaw jew iħassru abbozzi tas-sottomissjonijiet
Jirtiraw is-sottomissjonijiet u jaċċessaw ir-Riċevuta tal-Irtirar (prova tal-irtirar)
Il-Kummissjoni stabbiliet reġistru online tal-organizzazzjonijiet li qed jipparteċipaw fis-sejħiet għall-offerti jew fil-proposti tal-UE, sabiex jiġi applikat il-prinċipju ta’ “darba biss”: id-data relatata mal-ħtiġijiet ta’ organizzazzjoni tal-parteċipant trid tiġi sottomessa darba biss. Wara r-reġistrazzjoni, kull organizzazzjoni tikseb Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Parteċipant (PIC) uniku. Biex titgħallem dwar kif takkwista PIC fir- Reġistru tal-Parteċipanti, jekk jogħġbok irreferi għal din il-paġna.
Table of Contents | ||
---|---|---|
|
Kwalunkwe operatur ekonomiku jista’ jissottometti talba għall-parteċipazzjoni billi juża l-link tal-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti indikat fl-avviż dwar kuntratt / fl-avviż tal-kompetizzjoni tad-disinn.
Ladarba tkun fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti, jeħtieġ li tikklikkja fuq Aċċessa s-sottomissjoni: dan se jerġa’ jieħdok fil-portal tal-eSubmission, dment li tkun illoggjat bil-kont tal-EU Login tiegħek.
Għal sejħiet għal offerti ppubblikati qabel il-25/10/2023, l-operaturi ekonomiċi jistgħu jissottomettu talba għall-parteċipazzjoni bl-użu tal-link tat-TED eTendering indikat fl-avviż dwar kuntratt. Ladarba tidħol fit-TED eTendering, trid tilloggja bil-kont tat-TED eTendering tiegħek u mbagħad tikklikkja fuq Issottometti talba għall-parteċipazzjoni. Din se tieħdok fil-portal tal-eSubmission.
Fl-eSubmission ikklikkja fuq Sottomissjoni ġdida biex tibda sottomissjoni ġdida, jew fuq Kompli l-abbozz biex tkompli l-abbozz tas-sottomissjoni li tkun bdejt qabel. Tista’ wkoll tkompli l-abbozz tiegħek mill-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti (għal aktar informazzjoni, ara t-taqsima Immaniġġja s-sottomissjonijiet fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti f’din il-gwida ).
Meta tibda s-sottomissjoni tiegħek se tara linja ta’ progress fin-naħa ta’ fuq tal-iskrin. Din il-linja turi l-passi kollha li trid tgħaddi minnhom qabel ma tissottometti t-talba għall-parteċipazzjoni tiegħek. Tista’ tara wkoll f’liema pass tkun tinsab.
Fi kwalunkwe ħin waqt il-proċess ta’ sottomissjoni, tista’ tiċċekkja liema huma d-dokumenti li ġew applowdjajti billi tikklikkja fuq il-buttuna Dokumenti ta’ sottomissjoni fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin.
Xejn ma jiġi sottomess lill-awtorità kontraenti sakemm tikklikkja l-buttuna Issottometti fi tmiem il-proċess ta’ sottomissjoni. |
---|
Meta tibda sottomissjoni ġdida, se tintalab tindika:
Wara li tkun għamilt l-għażla tiegħek, ikklikkja fuq il-buttuna Li jmiss f’qiegħ il-paġna.
F’din it-taqsima trid tidentifika l-organizzazzjonijiet li qed jipparteċipaw fis-sottomissjoni tiegħek (il-parteċipanti). Ikklikkja fuq Parti ġdida u agħżel it-tip ta’ parteċipant: parteċipant prinċipali (fil-każ ta’ sottomissjoni unika), kap tal-grupp jew membru tal-grupp (fil-każ ta’ sottomissjoni konġunta) u sottokuntrattur (jekk applikabbli).
Il-parteċipanti kollha, ħlief is-sottokuntratturi, iridu jiġu identifikati b’PIC – Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Parteċipanti. Sabiex tivverifika jekk entità jkolliex diġà PIC (jiġifieri diġà hija rreġistrata fir-Reġistru tal-Parteċipanti), uża l-buttuna Fittex . Tista’ tfittex permezz tal-PIC, tan-numru tal-VAT, tan-numru tar-Reġistru Nazzjonali u tal-pajjiż. Biex tkun tista’ tfittex permezz tan-numru tal-VAT jew tan-numru tar-Reġistru Nazzjonali, għandek bżonn tagħżel ukoll il-pajjiż.
Jekk it-tfittxija ma tagħti l-ebda riżultat, l-organizzazzjoni trid tirreġistra biex tikseb PIC. Wara li takkwista l-PIC, mur lura għall-eSubmission , fittex permezz tal-PIC, u agħżel l-organizzazzjoni murija.
Id-data assoċjata mal-PIC tar-Reġistru tal-Parteċipanti se tidher fuq l-iskrin u int se tintalab tipprovdi din id-data obbligatorja/dawn id-dokumenti obbligatorji li ġejjin:
Fit-taqsima Persuna ta’ Kuntatt, l-utent jista’ jindika lilu nnifsu/lilha nnifisha (l-isem huwa diġà mimli bil-lest) jew persuna oħra bħala l-persuna ta’ kuntatt għat-talba għall-parteċipazzjoni. Il-Persuna ta’ Kuntatt tirċievi r-rwol ta’ Koordinatur Primarju ta’ Kuntatt (PCoCo) fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti u l-utent li jissottometti t-talba tal-parteċipazzjoni (jekk differenti mill-Persuna ta’ Kuntatt) - ir-rwol ta’ Koordinatur ta’ Kuntatt (CoCo).
Jekk il-PCoCo ma jkollux kont tal-EU Login, jinħoloq awtomatikament kont temporanju tal-EU Login abbażi tal-indirizz tal-email tal-Persuna ta’ Kuntatt u l-persuna tiġi mistiedna bil-posta elettronika biex timla r-reġistrazzjoni tal-EU Login. L-istedina se tkun permezz ta’ messaġġ awtomatiku tas-sistema mingħajr l-ebda referenza għall-proċedura.
Fit-taqsima Dokumenti Mehmużin ta’ kull parteċipant, tista’ tapplowdja d-dokumenti tal-parteċipant relatati mal-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla. Iċċekkja l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta biex tidentifika liema dokumenti għal liema parteċipant iridu jiġu inklużi fis-sottomissjoni.
Ikklikkja Lest meta tkun lest.
Ladarba tgħaddi l-pass “Modi kif tissottometti”, ma jkunx aktar possibbli li tibdel l-istruttura minn Sottomissjoni konġunta għal Sottomissjoni unika jew viċi versa. F’każ li tkun trid timmodifika l-istruttura tas-sottomissjoni tiegħek jew tibdel il-Kap tal-Grupp, jeħtieġ li toħloq sottomissjoni ġdida li tissostitwixxi l-abbozz tas-sottomissjoni tiegħek (id-data mdaħħla u d-dokumenti applowdjati qabel jitħassru kollha). |
Ikklikkja Li jmiss biex tgħaddi għall-pass li jmiss.
Fi proċedura b’diversi lottijiet, agħżel il-lott(ijiet) li għalih(om) tixtieq tissottometti talba ta’ parteċipazzjoni, imbagħad ikklikkja fuq il-buttuna Li jmiss.
L-identifikazzjoni tal-parteċipanti tapplika għas-sottomissjoni kollha kemm hi. Għaldaqstant, jekk il-kompożizzjoni tal-konsorzju tkun differenti għal kull lott, ikun hemm bżonn li ssir sottomissjoni separata għal kull wieħed. |
Ir-rapport ta’ sottomissjoni huwa ġġenerat mis-sistema u huwa parti mis-sottomissjoni. Ir-rapport jelenka d-dokumenti kollha inklużi fis-sottomissjoni.
L-eSubmission awtomatikament tiġġenera u żżid ir-rapport ta’ sottomissjoni mas-sottomissjoni tiegħek. Tista’ tikkonsulta r-rapport fuq l-iskrin jew tista’ tiddawnlowdjah għar-rekords tiegħek stess (qabel ma tissottometti t-talba ta’ parteċipazzjoni). Ma għandekx għalfejn tiffirma u tapplowdja r-rapport iffirmat fl-eSubmission.
Wara li tara r-rapport ta’ sottomissjoni, jekk tqis li s-sottomissjoni hija lesta u tajba għas-sottomissjoni, ikklikkja fuq Li jmiss biex tkompli.
Ir-rapport ta’ sottomissjoni mhux prova tas-sottomissjoni. Għadek ma għamiltx is-sottomissjoni . Jekk jogħġbok ipproċedi għall-pass li jmiss u kklikkja fuq Issottometti biex tiffinalizza s-sottomissjoni. |
Meta tkun lest(a) biex tissottometti t-talba għall-parteċipazzjoni tiegħek, ikklikkja fuq Issottometti . Is-sistema se turi messaġġ ta’ konferma.
Ikklikkja fuq Iva jekk trid tikkonferma li: mhux se tkun tista’ tkompli timmodifika din is-sottomissjoni.
Jekk jogħġbok innota li s-sistema mhux se tippermettilek tagħmel sottomissjonijiet jekk tiskadi l-iskadenza ta’ meta tista’ tasal it-talba għall-parteċipazzjoni.
Se tintbagħat notifika bl-email fl-indirizz tal-posta elettronika PCoCo/CoCo. Din in-notifika bl-email ikollha link għall-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti, fejn il- PCoCo/CoCo jista’ jsib ir-Riċevuta tas-Sottomissjoni. Innota li s-sidien tal-PIC użati fis-sottomissjoni se jiġu infurmati.
Ir-Riċevuta tas-Sottomissjoni hija l-prova tal-konformità mal-iskadenza sa meta jistgħu jaslu s-sottomissjonijiet. |
Il-Persuna ta’ Kuntatt indikata fl-eSubmission tirċievi r-rwol ta’ Koordinatur Primarju ta’ Kuntatt (PCoCo) għas-sottomissjoni tat-talba għall-parteċipazzjoni fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti. Jista’ jkun hemm biss Koordinatur Primarju ta’ Kuntatt wieħed għal kull sottomissjoni.
Il-PCoCo ma jistax jinbidel permezz tal-Portal. Ikkuntattja lill-awtorità kontraenti jekk ikun meħtieġ li jinħatar PCoCo ġdid.
L-utent li jissottometti t-talba tal-parteċipazzjoni (jekk differenti mill-Persuna ta’ Kuntatt) jirċievi ir-rwol ta’ Koordinatur ta’ Kuntatt (CoCo).
Il-Koordinatur(i) ta’ Kuntatt (CoCo) addizzjonali jistgħu jiżdiedu jew jitneħħew fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti wara li l-awtorità kontraenti tiftaħ it-talbiet għall-parteċipazzjoni u qabel ma tistieden lill-kandidati magħżula biex jissottomettu offerta:
Biex tħassar CoCo, ikklikkja l-ikona tat-tħassir ħdejn isimhom.
Il-CoCos miżjudin kif deskritt hawn fuq wara li l-awtorità kontraenti tkun bagħtet l-istediniet għall-pass 2 ma jkunux jistgħu jissottomettu offerta. Huma biss il-PCoCo/CoCos li rċevew l-istedina għall-pass 2 jew il-CoCos li żdiedu permezz tal-buttuna ta’ azzjoni “Immaniġġja r-Rwoli” fuq l-istedina li se jkunu jistgħu jissottomettu offerta (ara l-Gwida fil-Qosor għat-tieni pass tal-proċeduri f’żewġ passi).
Anchor Immaniġġja s-sottomissjonijiet fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti Immaniġġja s-sottomissjonijiet fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti
Biex tidħol fl-ispazju privat tiegħek tal-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti trid tawtentika ruħek billi tuża l-buttuna Login tal-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-paġna ewlenija (daħħal l-EU Login u l-password tiegħek).
Taħt it-taqsima Immaniġġja l-ispazju tiegħi fuq ix-xellug il- PCoCo/CoCo se jsib it-talba/talbiet għall-parteċipazzjoni taħt it-taqsima Is-Sottomissjoni(jiet) Tiegħi.
Hemm ukoll disponibbli kamp ta’ tiftix fuq il-lemin fuq il-lista ta’ sottomissjonijiet.
Għal kull sottomissjoni, il- PCoCo/CoCo jista’ jara n-numru ta’ referenza tal-proċedura,l-ID tas-sottomissjoni, id-data tal-aħħar azzjoni mwettqau l-istatus tas-sottomissjoni (abbozz, sottomessa, irtirata, imħassra), l-iskadenza, il-lott (jekk applikabbli), it-titolu tal-proċedura, it-tip ta’ proċedura u l-pass.
Il-menù Azzjoni fuq il-lemin ta’ kull sottomissjoni (sakemm is-sottomissjoni ma tkunx tħassret) jippermetti lill-PCoCo/CoCo jwettaq azzjonijiet differenti skont l-istatus tas-sottomissjoni.
Għas-sottomissjonijiet fl-istatus ta’ Abbozz:
Għas-sottomissjonijiet fl-istatus ta’ Sottomess:
Għalsottomissjonijiet fl-istatus Irtirat :
Għas-sottomissjonijiet li l-istatus tagħhom hu Imħassar:
Il-menù Azzjoni mhux disponibbli għas-sottomissjoni bl-istatus Imħassar. Ladarba abbozz ta’ sottomissjoni jitħassar, dan ma jkunx jista’ jiġi rkuprat mill-parteċipant.
Il-PCoCo/CoCo jista’ jaċċessa din il-paġna billi jikklikkja l-ikona bil-qanpiena fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin wara li jkun illoggja fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti.
F’din il-paġna, il-PCoCo/CoCo jista’ jsib in-notifiki li ġejjin:
Fit-tab Preferenzi taħt Immaniġġja n-notifiki kollha (fil-qiegħ tal-lista tan-notifiki), il- PCoCo/CoCo jista’ jagħżel il-frekwenza tan-notifiki bl-email mill-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti. Indipendentement mill-għażla tiegħek, in-notifiki kollha tiegħek huma dejjem disponibbli fit-taqsima In-Notifiki Tiegħi .
Din it-taqsima, disponibbli taħt Immaniġġja l-ispazju tiegħi fuq ix-xellug, bħalissa ma hijiex qed tintuża għall-proċeduri ta’ akkwist.